Premju Proprejtà Intellettwali Malta
Navigate Up
Sign In

Premju Proprejtà Intellettwali Malta



Proprjetà Intelletwali’ tirreferi  għal prodotti u xogħlijiet madwarna  li huma frott ta’ moħħ il-bniedem. Id-drittjiet mogħtija mill-istat fir-rigward tal-proprjetà intelletwali,  bħal drittijiet tal-awtur, privattivi, trademarks u disinni reġistrati jipprovdu lin-negozji, artisti u inventuri b’mezzi sabiex jipproteġu l-prodotti u l-kreazzjonijiet tagħhom, kif ukoll jiġu mħeġġa sabiex jinvestu fl-innovazzjoni u l-kreattività bħala benefiċċju għas-soċjetà.

Il-‘Premju Proprjetà Intelletwali Malta’, huwa mmirat biex jirrikonoxxi  u jippromwovi l-ħolqien tal-propjetà intellettwali f’Malta. Il-premju huwa mqassam f’erba’ kategoriji.


·         Premju għal Inizjattiva Kreattiva

 Il-‘Premju għal Inizjattiva Kreattiva’ jippremja individwi jew negozji li joperaw fis-setturi kulturali kif ukoll dawk kreattivi. Għall-iskopijiet tal-‘Premju Proprjeta’ Intelletwali Malta’, sottomissjonijiet taħt din il-kategorija għandhom jkunu jirrigwardaw xogħlijiet artistiċi, awdjo-viżivi, jew taħlita tat-tnejn.


·         Premju għal Inizjattiva Xjentifika

 Il-‘Premju għal Inizjattiva Xjentifika’ jirrikonoxxi riċerki xjentifiċi ġġenerati minn studenti tax-xjenza, akkademiċi u professjonisti. L-inzijattiva preżentata tista’ tkun prodott ġdid, titjib sinifikanti ta’ prodott eżistenti, użu ġdid ta’ prodott eżistenti, jew proċess ġdid.


·         Premju għal Inizjattiva Teknoloġika

 Il-‘Premju għal Inizjattiva Teknologika’ jeħtieg l-iżvilupp ta’ teknolgija ġdida u innovattiva, jew titjib fil-proċess, fir-rigward ta’ soluzzjonijiet relatati ma’ sfidi għad-dija tal-kummerċ jew għas-soċjetà in generali. Ir-riżultat attwali għandu jkun proċess teknoloġiku   innovattiv jew soluzzjoni eżistenti li tkun mtejba b’mod radikali għal applikazzjoni f’sitwazzjonijiet ġodda.


·         Premju għal Inizjattiva ta’ Innovazzjoni Emerġenti


Dan il-premju huwa mqassam f’żewg sub-kategoriji:

1.      Etajiet bejn is-sittax u tletin sena; u,

2.      Etajiet bejn il-wieħed u tletin sena ‘il quddiem

Il-‘Premju għal Inizjattiva ta’ Innovazzjoni Emerġenti’ jirrikonoxxi l-inizjattiva  mmirata sabiex jiġu mħeġġa proġetti, li għalkemm mhumiex magħmula minn persuni kreattivi, xjentisti, jew professjonisti ta’ esperjenza, xorta waħda huma proġetti promettenti u innovattivi. Proġetti eliġibbli għandhom ikunu xogħol ta’  individwi jew entitajiet li huma ġodda f’dan il-qasam partikolari, jew entità li ilha topera f’dan il-qasam inqas minn ħames snin. Proġetti sottomessi taħt din il-kategorija, għandhom jaqgħu taħt waħda mitt-tliet kategoriji ta’ inizjattiva kreattiva, xjentifika, u dik teknoloġika.

Proġetti għandhom ikunu tanġibbli, konkreti u żviluppati tajjeb, u jikkonsistu fiprodotti jew proċessi attwali jew promettenti. Kull tip ta’ kunċett li huwa essenzjalment ibbażat fuq ideat u intenzjonijiet astratti, mhux ikkunsidrat li jaqgħu taħt l-iskop ta’ dawn il-premji.

Ir-rebbieħa fl-ewwel u it-tieni post f’kategoriji 1, 2 u 3, jingħataw €8,000 u €4,000 rispettivament, għal kull kategorija.

Ir-rebbieħa ta’ kategoriji 4(a) u 4(b) jirċievu €4,000.

Mal-linja tat-tema tal-Jum Dinji tal-Proprjetà Intelletwali, parteċipanti li huma kapaċi juru, għas-sodisfazzjon tal-kumitat tal-ġurija, mod kif il-proġett tagħhom jippromwovi il-preservazzjoni tal-ambjent u sforz biex jikkumbatti it-tibdil fil-klima, huma eliġibbli għal premju addizzjonali kif msemmi hawn taħt:

·         Applikanti li jiklassifikaw l-ewwel, f’kategorija 1, kategorija 2 u kateogrija 3 jirċievu €1,000 addizzjonali, kull wieħed.

·         Applikanti li jiklassifikaw t-tieni, f’kategorija 1, kategorija 2 u kateogrija 3 u r-rebbieħa tal-kategoriji 4a u 4b, jirċievu €600 addizjonali, kull wieħed.

Linji gwida relatati ma dawn il-premjijet jinsabu fuq www.commerce.gov.mt​.

 Applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta’ l-imejl fuq ipoffice@gov.mt, mil-Ħadd 11 ta’ Mejju, sal-Ħadd 7 ta’ Ġunju.

Sottomissjonijiet għandhom isiru fuq il-formoli relatati li ser ikunu disponibbli minn nhar it-Tnejn, 4 ta’ Mejju.​

Linji Gwida

Applikazzjoni għal Inizjattiva Kreattiva MIPA 2020

Applikazzjoni għal Inizjattiva Xjentifika MIPA 2020

Applikazzjoni għal Inizjattiva Teknoloġika MIPA 2020​