‘Proprjetà Intelletwali’ tirreferi
għal prodotti u xogħlijiet madwarna li huma frott ta’ moħħ il-bniedem.
Id-drittjiet mogħtija mill-istat fir-rigward tal-proprjetà intelletwali,
bħal drittijiet tal-awtur, privattivi, trademarks u disinni reġistrati
jipprovdu lin-negozji, artisti u inventuri b’mezzi sabiex jipproteġu l-prodotti
u l-kreazzjonijiet tagħhom, kif ukoll jiġu mħeġġa sabiex jinvestu
fl-innovazzjoni u l-kreattività bħala benefiċċju għas-soċjetà.
Il-‘Premju
Proprjetà Intelletwali Malta’, huwa mmirat biex jirrikonoxxi u
jippromwovi l-ħolqien tal-propjetà intellettwali f’Malta. Il-premju huwa
mqassam f’erba’ kategoriji.
1. Premju għal Inizjattiva Kreattiva
Il-‘Premju
għal Inizjattiva Kreattiva’ jippremja individwi jew negozji li joperaw
fis-setturi kulturali kif ukoll dawk kreattivi. Għall-iskopijiet tal-‘Premju
Proprjeta’ Intelletwali Malta’, sottomissjonijiet taħt din il-kategorija
għandhom jkunu jirrigwardaw xogħlijiet artistiċi, awdjo-viżivi, jew taħlita
tat-tnejn.
2. Premju
għal Inizjattiva Xjentifika
Il-‘Premju
għal Inizjattiva Xjentifika’ jirrikonoxxi riċerki xjentifiċi ġġenerati minn
studenti tax-xjenza, akkademiċi u professjonisti. L-inzijattiva preżentata
tista’ tkun prodott ġdid, titjib sinifikanti ta’ prodott eżistenti, użu ġdid
ta’ prodott eżistenti, jew proċess ġdid.
3. Premju
għal Inizjattiva Teknoloġika
Il-‘Premju
għal Inizjattiva Teknologika’ jeħtieg l-iżvilupp ta’ teknolgija ġdida u
innovattiva, jew titjib fil-proċess, fir-rigward ta’ soluzzjonijiet relatati
ma’ sfidi għad-dija tal-kummerċ jew għas-soċjetà in generali. Ir-riżultat
attwali għandu jkun proċess teknoloġiku innovattiv jew soluzzjoni
eżistenti li tkun mtejba b’mod radikali għal applikazzjoni f’sitwazzjonijiet
ġodda.
4. Premju
għal Inizjattiva ta’ Innovazzjoni Emerġenti
Dan
il-premju huwa mqassam f’żewg sub-kategoriji:
a) Etajiet bejn is-sittax u tletin
sena; u,
b) Etajiet bejn il-wieħed u tletin
sena ‘il quddiem
Il-‘Premju
għal Inizjattiva ta’ Innovazzjoni Emerġenti’ jirrikonoxxi l-inizjattiva
mmirata sabiex jiġu mħeġġa proġetti, li għalkemm mhumiex magħmula minn persuni
kreattivi, xjentisti, jew professjonisti ta’ esperjenza, xorta waħda huma
proġetti promettenti u innovattivi. Proġetti eliġibbli għandhom ikunu xogħol
ta’ individwi jew entitajiet li huma ġodda f’dan il-qasam partikolari,
jew entità li ilha topera f’dan il-qasam inqas minn ħames snin. Proġetti
sottomessi taħt din il-kategorija, għandhom jaqgħu taħt waħda mitt-tliet
kategoriji ta’ inizjattiva kreattiva, xjentifika, u dik teknoloġika.
Proġetti
għandhom ikunu tanġibbli, konkreti u żviluppati tajjeb, u jikkonsistu
fiprodotti jew proċessi attwali jew promettenti. Kull tip ta’ kunċett li huwa essenzjalment
ibbażat fuq ideat u intenzjonijiet astratti, mhux ikkunsidrat li jaqgħu taħt
l-iskop ta’ dawn il-premji.
Ir-rebbieħa
fl-ewwel u it-tieni post f’kategoriji 1, 2 u 3, jingħataw €8,000 u €4,000
rispettivament, għal kull kategorija.
Ir-rebbieħa
ta’ kategoriji 4a u 4b jirċievu €4,000.
Mal-viżjoni tal-Gvern sabiex nilħqu il-miri
ambjentali, parteċipanti li huma kapaċi juru, għas-sodisfazzjon tal-kumitat
tal-ġurija, mod kif il-proġett tagħhom jippromwovi il-preservazzjoni
tal-ambjent u sforz biex jikkumbatti it-tibdil fil-klima, huma eliġibbli għal
premju addizzjonali kif msemmi hawn taħt:
·
Applikanti
li jiklassifikaw l-ewwel, f’kategorija 1, kategorija 2 u kateogrija 3 jirċievu
€1,000 addizzjonali, kull wieħed.
·
Applikanti
li jiklassifikaw t-tieni, f’kategorija 1, kategorija 2 u kateogrija 3 u
r-rebbieħa tal-kategoriji 4a u 4b, jirċievu €600 addizjonali, kull wieħed.
Applikazzjonijiet
għandhom jintbagħtu permezz tal-imejl fuq ipawards@gov.mt,
mit-Tnejn 2 ta’ Awwissu, sal-Ġimgħa 18 ta’ Settembru.
Sottomissjonijiet
għandhom isiru fuq il-formoli relatati li ser ikunu disponibbli minn nhar
it-Tnejn, 2 ta’ Awwissu.
Linji Gwida MIPA 2021
Applikazzjoni għal
Inizjattiva Kreattiva MIPA 2021
Applikazzjoni
għal Inizjattiva Xjentifika MIPA 2021
Applikazzjoni għal Inizjattiva Teknoloġika MIPA 2021 |